Lokali

‘Fond fis-skiet’ – għajnuna sabiex kulħadd jgħix b’mod diċenti

Fond Fis-skiet – Dar li fiha jsiru affarijiet kbar.. dar li fiha jinġabar ikel, ħaxix, u dak kollu li familja jkollha bżonn sabiex tgħix b’mod diċenti… fejn dak kollu li jsir.. isir mingħajr daqq ta’ trombi.

Iżda mhux biss, f’din id-dar jiġu offruti wkoll servizzi ta’ social workers u servizz ta’ għajnuna ħolistika.

Is-Sibt filgħodu il-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista AnnMarie Grech għamlet żjara f’din id-dar fejn mal-wasla tagħha hija fejn intlaqat mill-Fundatur ta’ Fond fis-skiet Ivan Bartolo. AnnMarie Grech qalet propju f’dan il-Jum, għalkemm hija festa… il-qanpiena tal-bieb ma waqfitx ddoqq… in-nies ma waqfux ġejjien għall-għajnuna…

Hija stqarret magħna li l-voluntiera li jaħdmu f’din id-dar ħaqqhom l-aqwa premju tas-servizz imprezzabbli li qed joffru.

Minn naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo saħaq li bħala dar jgħinnu madwar 50 familja.. 50 familja bi bżonnijiet differenti iżda li għandhom xi ħaġa komuni… dik li jixirqilhom dinjita’.

Ivan Bartolo saħaq li dawk kollha li jiġu għall-għajnuna.. mhux biss jingħataw ikel u dak kollu li għandhom bżonn iżda jingħataw ukoll sapport morali filwat li jibqgħu jiġu segwiti għal sena sħiħa.