“Grazzi lill-ħaddiema kollha, il-politika tal-PN se tibqa’ tħares lill-ħaddiem”. Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-PN Bernard Grech għall-Jum il-Ħaddiem.
Bernard Grech tenna li l-PN se jibqa’ jaħdem fuq politika fejn il-ħaddiem se jkun jista’ jgawdi minn politika ta’ xogħol ta’ dinjità u xogħol garantit.
Il-PN se jaħdem biex jippromwovi l-bżulija u t-talent tal-ħaddiem Malti.
Fil-messaġġ tiegħu l-Kap tal-PN qal li ma setax ma jħarisx lejn l-impatt tal-imxija tal-Covid-19 fuq il-ħaddiema, fuq ix-xogħol.
“L-impatt varja fuq il-ħaddiema fuq is-settur li ġejjin minnu, kull ħaddiem ġie milqut, b’xi mod iżda l-ħaddiem irnexxielu jibqa’ għaddej, u issa rridu nassiguraw li l-impjiegi tal-ħaddiema jibqgħu sikuri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu”
Huwa qal li dawn iż-żminijiet kellhom impatt fuq is-saħħa mentali, u qal li l-PN qiegħed u qed jaħdem fuq kif il-politika għandha tħares lil dan is-settur u saħħet il-ħaddiema fuq ix-xogħol.
//= $special ?>