Futbol Sport

Haley Bugeja terġa tiskorja dopjetta fis-Serie A Femminile

Haley Bugeja kompliet tiddomina fis-Serie A Femminile hekk kif skorjat darbtejn fir-rebħa li Sassuolo kisbu fuq Hellas Verona, ironikament t-tim li tilgħab miegħu l-player l-oħra Maltija Kailey Willis.

L-ewwel gowl ta’ Bugeja kien l-ewwel wieħed fil-partita fejn wara li daħlet fil-kaxxa kkonkludiet fil-baxx għal 1-0. Sassuolo rdoppjaw erba’ minuti wara peremzz ta’ Erika Santoro u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, kienet Valeria Pirone li għamlithom 3-0. Haley Bugeja skorjat it-tieni gowl tagħha u r-raba’ wieħed ta’ Sassuolo fis-56 minuta meta wara li avvanzat minn kważi nofs il-ground ikkonkludiet bil-lemin għal wara l-goalkeeper għal 4-0.

Il-gowls ta’ llum kienu d-disa’ u l-għaxar gowls ta’ Haley Bugeja ma’ Sassuolo hekk kif fl-ewwel partiti tagħha mal-cluba Taljan skorjat tmien gowls.