Lokali

Il-Gvern jagħti raġun lill-Oppożizzjoni dwar ix-xogħlijiet fil-mina ta’ Ħal Kirkop

Bl-aħbar li Infrastructure Malta se tiftaħ l-erba’ karreġġjati tal-mina ta’ Ħal Kirkop u se tibda taħdem biss fuq dan il-proġett matul il-lejl, l-Gvern qed jagħti raġun lill-Oppożizzjoni li għal din l-aħħar sena kritikat in-nuqqas ta’ kordinament fix-xogħlijiet tat-toroq fl-inħawi.

Fi stqarrija mill-PN Toni Bezzina, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport qal li lbieraħ dawn l-inħawi raw konġestjoni kbira minħabba l-għeluq ta’ numru ta’ toroq fl-istess ħin. Infatti għadd kbir ta’ residenti tal-lokalitajiet ta’ wara l-mina ta’ Ħal Kirkop (Mqabba, Qrendi, Żurrieq, Ħal Kirkop u Ħal Safi) esprimew l-għadab tagħhom permezz tal-mezzi soċjali għas-sitwazzjoni li ħabbtu wiċċhom magħha.

Dan jikkonferma l-importanza ta’ kordinament aħjar fix-xogħlijiet infrastrutturali, xi ħaġa li l-Oppożizzjoni ilha tisħaq fuqha għal dawn l-aħħar snin. Ir-residenti jixirqilhom li jigu trattati aħjar.