Lokali

Il-PN iġedded l-impenn tiegħu li jkun il-vuċi tal-ħaddiema

F’jum tant għażiż għalih, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa minn David Agius Viċi  Kap  tal-PN,  Kelliem  tal-Oppożizzjoni  għall-Inklużjoni  u  l-Kwalità  tal-Ħajja  u  Viċi President tal-European Union for Christian Democratic Workers (EUCDW) tal-PPE u Jason Azzopardi Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża;

JSELLEM   lill-ħaddiema  u   lil   min  iħaddem,  lis-sidien   tal-fabbriki   u   tan-negozji,  għal ħidmiethom   ta’   kuljum  u   għas-sagrifiċċji  personali   tagħhom  fl-oqsma  kollha  tad-dinja tax-xogħol f’pajjiżna;

JFAKKAR  li  kien  proprju  bħal-lum  17-il  sena  ilu  li  bit-tmexxija  tiegħu  u  bl-appoġġ  u bil-fiduċja  tal-poplu  Malti  u  Għawdxi,  ankra  lil  Malta  fil-port  ta’  kenn  li  hija  l-Unjoni Ewropea,   liema   sħubija   m’hemmx   dubju   li   ssarfet   f’għajnuna   imprezzabbli   u   wens għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin hekk kif aħna lkoll ninsabu maħkumin mill-pandemija li ġabet tant tbatija fuq tant ħaddiema u min iħaddem;

JWIEGĦED  li  bl-istess ħeġġa u  fiduċja  fil-ħaddiema u  min iħaddem, li bihom u magħhom

17-il  sena  ilu  l-PN  rebaħ  il-qtigħ  il-qalb  ta’  dawk  kollha  li  ma  riedux  li  Malta  tissieħeb fl-Unjoni  Ewropea,  hekk  ukoll  f’dan  iż-żmien  ta’  prova,  l-PN,  għax  qed  jifhem  il-karba tal-ħaddiema li qed ibatu u ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol, ta’ dawk lì jaħdmu bil-prekarjat u ta’ dawk li tilfu x-xogħol, ikun viċin tagħhom u ta’ spalla soda għalihom;

JĠEDDED  l-impenn  tiegħu li  jagħmel l-almu tiegħu  kollu biex ikun il-vuċi tal-ħaddiema u min  iħaddem  f’pajjiżna  sabiex  it-tama  għal  ġejjieni  ta’  kwalità  ta’  ħajja  aħjar  tegħleb l-inċertezza u d-diffikultajiet tal-preżent.