Ir-raġel Malti li miet fl-Indja wara li kien pożittiv għall-COVID-19 ġie kremat f’Delhi dalgħodu, ġurnata biss wara li tilef ħajtu hekk kif kien se jiġi evakwat b’mod mediku lejn Malta.
Ivan Barbara, ta’ 47 sena, miet nhar il-Ġimgħa wara li żviluppa diversi kumplikazzjonijiet. Il-pjan kien li hekk kif jasal Malta, ikun iżolat u jingħata trattament fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei. Iżda sfortunatament huwa tilef ħajtu ftit ħin biss qabel beda dan il-vjaġġ.
Martu Rosanne u t-tarbija li għadha kemm ġiet adottata, mistennija jirritornaw Malta għada filgħodu.
Ftit wara l-mewt tiegħu, ġie deċiż li Barbara jkun kremat fl-Indja peress li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tistipula li l-vittmi tal-COVID-19 għandhom jiġu midfuna jew kremati mill-ewwel.
Sfortunatanemt, il-kremazzjoni ħabtet mad-19-il anniversarju tat-tieġ tal-koppja.
//= $special ?>