Lokali

“L-arti għandha tkun ikkunsidrata bħala professjoni” – Ġorġ Mallia

Waqt il-programm Net Live il-Professur Ġorġ Mallia wassal ir-reazzjoni tiegħu b’rabta ma’ dak li qal il-Ministru Jose Herrera dwar li l-IQ tal-artisti mhux business oriented… kliem li urta mhux ftit lil dawk l-artisti kollha li jaħdmu qatigħ.

Ġorġ Mallia saħaq li l-mentalita’ li l-artist ma jaħdimx iżda jagħmel dak li jagħmel bħala żvog hija mentalita’ ħażina u li hemm bżonn tinbidel.

Huwa saħaq li huwa diffiċli li artist jgħix biss mill-arti tiegħu u għalhekk ikollu bilfors jagħmel xogħol ieħor.

Ġorġ Mallia fakkar kif parti sostanzjali mid-dħul tal-pajjiż jiġi minn attivitajiet artistiċi u għalhekk il-kapaċitajiet ta’ dawn l-artisti għandhom ikunu apprezzati iktar.

Dwar il-pandemija, Mallia saħaq li dan is-settur ġie afftettwat sew minħabba li diversi attivitajiet kellhom jitħassru u għalhekk id-dħul tal-artisti spiċċa kważi kważi fix-xejn.