Sport Sport Ieħor

Mark Selby u Shaun Murphy fil-finali tal-Kampjonati tad-Dinja

Mark Selby u Shaun Murphy se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin fil-finali tal-Kampjonati tad-Dinja li qed isiru fi Crucible f’Sheffield.

F’semifinali kumbattuta, Selby irnexxielu jegħleb lil Stuart Bingham 17-15, fejn Selby rniexxlu jkun aktar deċiżiv u b’hekk ikkonferma l-ħames finali tiegħu fil-World Championships. Iċ-champion tal-World Snooker Championship fl-2005, kien qed jitlef 11-il frame għal 6, biex rkupra 5 frames wara xulxin u ġab l-iskor 12-12, fejn finalment irnexxielu jelimina lil Bingham u jgħaddi għal finali.

Min-naħa l-oħra fis-semi finali l-oħra, Shaun Murphy għeleb lil Kyren Wilson 17-12 fejn fl-aħħar sessjoni, Murphy ddomina lill-avversarju biex b’hekk aċċerta postu fir-raba’ finali fil-Kampjonati tad-Dinja. In-numru sitta’ fid-dinja Kyren Wilson kien il-favorit li jgħaddi għal finali fejn rebaħ il-frame inizjali, iżda lejn l-aħħar mumenti tal-partita ma rnexxielu jwaqqaf id-dominanza ta’ Murphy.

Il-finali tal-Ħadd, se tkun l-ewwel darba li dawn it-tnjen se jiltaqgħu kontra xulxin fil-Crucible sa mill-2007, fejn dakinhar Selby kien ħareġ rebbieħ fis-semi finali. Il-finali bejn Selby u Murphy tibda il-Ħadd fis-2pm bis-sessjoni ta’ filgħaxija tkompli fit-8pm, b’żewġ sessjonijiet identiċi jkompli t-Tnejn.