Lokali

Tkompli tikber il-kontroversja tal-Gvern mal-NGO’s

U-turn oħra mill-Gvern Laburista… din id-darba mis-Segretarju Palamentari Clifton Grima fuq il-Liġi dwar il-ġbir ta’ fondi minn għaqdiet volontarji. Ghalkemm in-nies involuti fl-ngos qed jinsistu li din il-ligi kienet attakk fuqhom…u li l-kliem ta’ Grima mhuwiex bizejjed.

Clifton Grima, li taħtu jaqgħu l-ngos, qed jibqa’ jinsisti li fl-ebda parti tal-liġi m’hemm miktub li għaqda volontarja trid tmur titlob permess mill-Puliżija biex tiġbor il-flus.

Iżda waqt webinar li sar bejn il-Kunsill Malti ghas-Settur tal-Volontarjat, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji u l-NGO’s reġistrati, l-eks Kummissarju tal-Pulizija Mario Tonna speċifikament qal li fil-liġi l-ġdida l-għaqdiet volontarji jridu japplikaw għall-permess… bl-istess Mario Tonna jerġa’ jikkonferma li IVA, hemm bżonn  permess biex jinġabru l-flus.

Iżda Clifton Grima qed jibqa’ jiċħad dawn il-fatti.