Lokali Qorti

Żewġ Taljani akkużati bi traffikar ta’ 55 kilo kannabis jingħataw il-libertà proviżorja

Żewġt irġiel akkużati s-sena l-oħra li importaw 55 kilo kannabis ingħataw il-libertà proviżorja. Vito Potenza ta’ 34 sena u Antonio Saponara ta’ 35 sena ċaħdu li importaw u ttraffikaw l-imsemmija droga. Huma ġew akkużati wkoll b’konfoffa biex jimportaw drogi f’Malta.

It-tnejn ġew arrestati mill-pulizija mal-wasla tagħhom fuq bastiment f’Marsascala f’Novembru li għadda. Il-Qorti semgħet kif ‘tip-off’ lill-Iskwadra tad-Droga dwar dgħajsa li kienet se tidħol fil-port b’ammont kbir ta’ kannabis abbord wasslet għall-arresti tal-irġiel.

Instabu xkejjer li fihom id-droga, maħsuba għanda valur fit-triq ta ’madwar €750,000. Aktar tfittxijiet fir-residenzi tal-akkużat irriżultaw f’ammont żgħir ta’ kannabis flimkien ma’ sustanza maħsuba bħala kokaina. L-irġiel ġew miċħuda l-libertà proviżorja malli ġew arrestati.

Quddiem il-Qorti Kriminali, l-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri kienu sostnew, fost affarijiet oħra, li l-irġiel kellhom rabtiet qawwija ma’ Malta, u qalu li se jkunu qed juru kuntratti ta’ kiri, isejħu bħala xhieda lil min iħaddimhom kif ukoll lin-nisa tagħhom u dettalji tas-sigurtà soċjali dikjarazzjonijiet mill-konsulat Taljan dwar il-karattri tal-irġiel, flimkien mar-rekords kriminali Taljani tagħhom.

Dan kollu juri li f’perjodu qasir ta’ żmien, l-akkużati u n-nisa tagħhom fehmu l-importanza tas-sitwazzjoni u rrilokaw Malta malajr kemm jista’ jkun, qalu l-avukati. In-nisa kienu applikaw ukoll għall-karta tal-identità Maltin, huma sostnew, u qalu li “jekk dan mhux biżżejjed biex juri li persuna miżmuma għandha rabtiet sodi ma’ Malta, x’jista’ jagħmel iktar persuna milll-ħabs?”

Il-qorti, li kkwotat fit-tul mid-duttrina u l-ġurisprudenza, laqgħet l-argumenti tad-difiża. F’digriet mogħti, l-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħelset lill-irġiel fuq pleġġ, fuq depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €20,000 oħra, fost kundizzjonijiet oħra. L-ispetturi tal-pulizija Steven Micallef u Mark Mercieca mexxew il-prosekuzzjoni waqt li l-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri kienu l-avukati difensuri.