Futbol Sport

Ajax huma r-rebbieħa tal-Eredivisie fl-Olanda

Ajax Amsterdam huma ċ-champions tal-Eredivisie fl-Olanda biex b’hekk rebħu dan il-kampjonat għall-35 darba fl-istorja tal-klabb. Ajax għelbu lil FC.Emman bl-iskor ta’ 4-0 bil-gowls ikunu skorjati minn Jurrien Timber fl-10 minuta, Sebastien Haller u Devyne Rensch fil-61 u 66 minuta rispettivament, kif ukoll Davy Klassen fl-74 minuta.

Ajax għandhom 79 punt f’ras il-klassifika fejn rebħu 25 partita, kisbu 4 draws filwaqt li sofrew biss 2 telfiet. Ftit jiem ilu l-coach Erik ten Hag ġedded il-kuntratt ma’ Ajax b’sena biex se jkun qed imexxi liċ-champions Olandiżi għal staġun ieħor. B’hekk rebħu t-tieni kampjonat fi tliet snin wara l-kampjonat tas-sena l-oħra kien intemm ħesrem minħabba l-pandemija tal-Covid 19.