Sport Sport Ieħor

Andy Ruiz jegħleb lil Chris Arreola fir-ritorn tiegħu

L-eks champion tal-heavyweight Andy Ruiz Jr rnexxielu jegħleb lil Chris Arreola wara li rkupra minn knockdown fl-ewwel rounds, biex ħareġ rebbieħ fl-ewwel ġlieda tiegħu mill-2019.

Ruiz rebaħ l-ġlieda b’deċiżjoni unanima wara li l-ġurija preżenti aġġudikaw il-punti tagħhom favur Ruiz, 117-110, 118-109 u 118-109. Din kienet l-ewwel ġlieda ta’ Ruiz wara li lura fl-2019 tilef it-titlu heavyweight kontra Anthony Joshua, fejn rnexxielu jerġa jsib il-forma tiegħu kemm fiżikament kif ukoll mentalment.

B’hekk il-Messikan Andy Ruiz rebaħ 34 ġlieda minn 36, fejn min-naħa l-oħra Arreola tilef seba’ konfronti mit-48 ġlieda tiegħu. Il-ġlieda saret fid-Dignity Health Sports Park f’Kalifornja fi preżenza mnaqqsa ta’ 3,940 spettatur, minħabba l-pandemija tal-Covid 19.