Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra fatalità oħra tal-pandemija. Dan hekk kif raġel ta’ 87 sena tilef ħajtu waqt li kien rikoverat fl-Isptar St. Thomas hekk kif kien pożittiv għall-Covid-19.
Dan ifisser li t-total ta’ vittmi tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin issa żdiedu għal 416.
Dan filwaqt li bejn is-Sibt u l-Ħadd ġew irreġistrati 12-il każ ġdid tal-virus, bit-total minn Marzu tal-2020 issa jiżdied għal 30,319.
Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 20 persuna oħra bit-total issa jilħaq d-29,642.
Ta’ min wieħed jinnota li tul il-jum tas-Sibt l-ammont ta’ persuni li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin kien qed jiżboq l-107,000.