Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li skidja bil-mutur f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 52 sena li jgħix Bormla qed isofri minn ġrieħi serji wara li skidja bil-mutur li kien qed isuq fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ – inċident li seħħ dalgħodu fis-sebgħa u nofs.

Fuq il-post minnufih waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn minnufih ittieħed l-Isptar biex jingħata kura għal ġrieħi serji li sofra.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ.