Futbol Sport

Imut Lolly Debattista, l-ewwel rebbieħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena

(Ritratt: Charles Buttigieg/ Lolly Borg fuq ix-xellug u Lolly Debattista fuq il-lemin)

Aktar kmieni tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja tal-futbol Malti, Lolly Debattista, fl-eta’ ta’ 91 sena.

Debattista jibqa’ mfakkar għaż-żmien li qatta’ ma’ Floriana fejn kiseb bosta suċċessi, filwaqt li kien l-ewwel plejer li rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Malta Football Association. Lolly Debattista kien strumentali għas-suċċessi li kisbu Floriana Ajax fis-snin ’40, fejn apparti li kien serva bħala captain tat-tim, rebaħ seba’ kampjonati ma’ Floriana, fosthom erba’ kampjonati wara xulxin.

Lolly Debattista kien ukoll parti mill-ewwel partita li lagħbu t-tim nazzjonali ta’ Malta fl-1957, kontra l-Awstrija. Aktar tard, Lolly Debattista beda l-karriera tiegħu bħala kowċ, fejn kiseb promozzjoni u rebaħ il-kampjonat ma’ Ħamrun Spartans, filwaqt li rebaħ id-double ma’ Valletta. Fil-karriera tiegħu ta’ kowċ LollY Debattista mexxa wkoll lil minors ta’ Floriana, lil Żabbar St.Patrick kif ukoll lil Senglea Athletic.

Netnews jinagħqad ma’ bosta u jsellem il-memorja ta’ Lolly Debattista filwaqt li joffri l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba.