Futbol Sport

Inter Champions tas-Serie A… Juventus idawru telfa f’rebħa

(Ritratt: EPA)

Inter huma ċ-champions l-ġodda tas-Serie A wara ħdax-il sena hekk wara li s-Sibt kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Crotone, Atalanta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Sassuolo, biex matematikament għamilha impossibli li Inter jintlaħqu fil-quċċata tal-klassifika.

Żewġ gowls minn Ronaldo fl-aħħar seba’ minuti tal-partita dawwru r-riżultat favur Juventus b’mod wara l-34 ġurnata qed jaqsmu t-tieni post b’69 punt daqs Milan u Atalanta. Udinese b’din it-telfa baqgħu fil-ħdax il-post b’39 punt daqs Bologna. B’Udinese fuq l-offensiva fl-10 minuta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Rodrigo de Paul kien NAHUEL MOLINA li għeleb lil Szczesny . Vantaġġ li Udinese żammew sat-83 minuta. Rodrigo de Paul deher li lagħab b’idu fil-kaxxa, protesti minn Udinese bl-istess de Paul ikun ammonit. Daniele Chiffi saffar penalty bi CRISTIANO RONALDO jgħeleb lil Simone Scuffet. Fid-90 minuti minn azzjoni ta’ Adrien Robiot kien mill-ġdid RONALDO li għeleb lil Scuffet u għalaq il-partita.

Atalanta u Sassuolo temmew fi draw ta’ 1-1 li l-aktar ifavorixxa lil Inter li permezz ta dan id-draw ġew matematiakament champions tas-Serie A. Atalanta spiċċaw jilgħabu bi plejer inqas fit-23 minuta meta tkeċċa Pierluigi Gollini. Minkejja dan huma marru fil-vantaġġ fit-32 minuta meta minn pass ta’ Ruslan Malinovsky kien ROBIN GOSENS li kkonkluda ġewwa. Madanakollu fit-52 minuta Sassuolo ingħataw penalty, li nkariga ruħu minnu DOMENICO BERARDI li mill-ħdax-il metru tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 1-1. Fil-75 minuta Marlon tekċċa għal Sassuolo għat-tieni karti safra, filwaqt li fis-77 minuta Atalanta fallew penalty permezz ta’ Luis Muriel.

Fl-Istadio Olimpico f’partita notevoli Lazio għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 4-3. Għal Lazio fetaħ l-iskor JOAQUIN CORREA fit-30 minuta, b’CIRO IMMOBILE jirdoppja fit-43 minuta mill-ħdax-il metru. Madanakollu fl-47 minuta Genoa naqqsu d-distakk meta ADAM MARUSIC tefa’ fil-last tiegħu stess, biex minuta wara LUIS ALBERTO skorja it-tielet gowl għal Lazio wara pass ta’ Ciro Immobile. Lazio għalqu l-partita fis-56 minuta meta JOAQUIN CORREA skorja it-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Lazio. Minkejja dan Genoa irreaġixxew fit-80 minuta meta GIANLUCA SCAMACCA skorja mill-ħdax-il metru, biex minuta wara ELDOR SHOMURODOV skorja it-tielet ta’ Genoa wara pass ta’ Milan Badelj. Madanakollu iż-żewġ gowls ta’ Genoa fl-aħħar għaxar minuti ma kienux biżejjed hekk kif Lazio ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta’ 4-3.

F’partita oħra mimlija gowls, f Stadio Renato Dell’Ara Bologna u Fiorentina temmew fi draw ta’ 3-3. Fiorentina marru fil-vantaġġ fil-21 minuta meta DUSAN VLAHOVIC mill-ħdax-il metri ma żbaljax. Bologna kisbu l-gowl tad-draw għaxar minuti wara permezz ta’ RODRIGO PALACIO li kkonkluda ġewwa fuq pass ta’ Emanuel Vignato. Fiorentina reġgħu marru fil-vantaġġ fl-64 minuta meta minn cross ta’ Lorenzo Venuti kien GIACOMO BONAVENTURA li mill-viċin tefa’ ġewwa għal 2-1. Bologna kisbu l-gowl tad-draw fil-71 minuta meta minn pass għal darb’oħra ta’ Emanuel Vignato reġa kien RODRIGO PALACIO li kkonkluda ġewwa. Għat-tielet darba fil-partita Fiorentina reġgħu skorjaw l-gowl tal-vantaġġ fl-74 minuta permezz ta’ DUSAN VLAHOVIC, iżda minkejja dan, RODRIGO PALACIO għaqqa it-tripletta personali u kiseb il-gowl tad-draw għal Bologna fl-84 minuta, għal skor finali ta’ 3-3.

Napoli kienu miżmuma f’darhom minn Cagliari fi draw ta’ 1-1. Għal Cagliari dan il-punt huwa mportanti fil-ġlieda tagħhom li jitbigħdu mir-relegazzjoni. Napoli fetħu l-iskor fit-13-il minuta permezz ta’ VICTOR OSIMHEN wara pass ta’ Lorenzo Insigne. Madanakollu Cagliari kisbu l-gowl tad-draw fl-aħħar minuti tal-paritita meta fl-94 minuta Alfred Duncan fħadda lejn NAHITAN NANDEZ li tefa’ ġewwa u salva punt għal Cagliari għal skor finali ta’ 1-1.

Mit-telfa umiljanti ta’ 6 – 2 li Roma sofrew fis-semi finali tal-Europa League kontra Manchester United is-serje negattiva kompliet b’telfa kontra Sampdoria. B’din ir-rebħa Sampdoria telgħu fid-disa’ post b’45 punt qed qabżu lil Verona.F’mument meta l-ewwel taqsima dehret li ser tintemm 0 – 0 fil-45 minuta minn azzjoni ta’ Morten Thorsby kien ADRIEN SILVA li għeleb lil Daniel Fuzato. Fit-tieni taqsima, Roma naqsu mill-jwettqu reazzjoni tant li fil-65 minuta minn pass ta’ Valerio Verre’ kien JAKUB JANKTO li rdoppja, b’Sampdoria jiksbu rebħa meritata li kompliet iżżid mal-problemi li Roma għandhom f’din l-aħħar fażi tal-Kampjonat.

Is-Sibt H.Verona v Spezia 1-1, Crotone v Inter 0-2, Milan v Benevento 2-0 Illum Lazio v Genoa 4-3, Bologna v Fiorentina 3-3, Napoli v Cagliari 1-1, Sassuolo v Aralanta 1-1, Udinese v Juventus 1-2, Sampdoria v Roma 2-0 Għada Torino v Parma 8.45pm