Lokali

Isofru xi ġrieħi f’inċident bejn żewġ vetturi fil-Qrendi

Żagħżugħ ta’ 17-il sena qed isofri ġrieħi gravi u żewġ żgħażagħ oħra, ukoll ta’ 17-il sena, sofrew ġrieħi ħfief wara li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi l-bieraħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija, ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn minnufih taw l-ewwel għajnuna lill-vittmi.

Jirriżulta li l-inċident seħħ hekk kif kien hemm impatt bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara u vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi. Fl-aħħar karozza kien hemm ukoll tliet żgħażagħ ta’ 17-il sena resident Ħal Qormi.

Iktar tard, it-tliet żgħażagħ ta’ 17-il sena ttieħdu l-Isptar għal kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.