Sport Sport Ieħor

Jack Miller jirbaħ il-MotoGP ta’ Spanja

Jack Miller ta’ Ducati għeleb l-isfida ta’ Francesco Bagnaia biex rebaħ il-MotoGP ta’ Spanja fiċ-Circuito de Jerez. Fit-tieni post segwi Bagnai filwaqt li Franco Morbidelli irnexxielu jikseb post fuq il-podium fit-tielet post.

Fir-raba’ u l-ħames post temmew Takaaki Nakagami u Joan Mir ta’ Suzuki rispettivament. L-Ispanjoli Aleix Espargaro u Maverick Vinales spiċċaw fis-sitt u s-seba’ post, b’Johann Zarco ta’ Ducati jtemm fit-tmien post. Mark Marquez u Pol Espargaro’ spiċċaw fid-disa’ u l-għaxar post filwaqt li Miguel Oliveira u Stefan Bradl segwewhom fil-ħdax u t-tnax-il post.

Fit-tlettax-il post spiċċa il-Franċiż Fabio Quartararo segwit minn Danilo Petrucci u Iker Lecuona fl-erbatax u l-ħmistax-il post rispettivament. It-Taljani Luca Marini u Valentino Rossi ta’ Ducati u Yamaha rispettivament temmew fis-sittax u fis-sbatax-il post.

Tito Rabat, Lorenzo Salvadori u Alex Rins temmew fit-tmintax, fid-dsatax u fl-għoxrin post. Brad Binder, Enea Bastianini u Alex Marquez ma temmewx it-tellieqa.