Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jegħleb l-isfida ta’ Max Verstappen u jirbaħ il-Grand Prix tal-Portugall

Fl-Algrave International Circuit fil-Portugall Lewis Hamilton għeleb l-isfida ta’ Max Verstappen biex rebaħ is-97 Grand Prix fil-karriera tiegħu. B’hekk Hamilton żamm postu fl-ewwel post tal-klassifika għal 123 Grand Prix kosnekuttiva biex għeleb ir-rekord ta’ Michael Schumacher. Fit-tieni post spiċċa Max Verstappen ta’ Red Bull Racing segwit minn Valteri Bottas ta’ Mercedes.

Sergio Perez ta’ Red Bull u Lando Norris ta’ McLaren temmew fir-raba’ u fil-ħames post filwaqt li Charles Leclerc spiċċa fis-sitt post. Esteban Ocon temm fis-seba’ post segwit minn Fernando Alonso ta’ Alpine fit-tmien post. Daniel Ricciardo temm fid-disa’ post filwaqt li Pierre Gasly ta’ AlphaTauri temm fl-għaxar post.

Carlos Sainz ta’ Ferrari spiċċa barra mill-punti fil-ħdax-il post segwit minn Antonio Giovanizzi u Sebastian Vettel fit-tnax u fit-tlettax-il post rispettivament. Isewgi lil sieħbu ta’ Aston Martin temm Lance Stroll fl-erbatax-il post filwaqt li Yuki Tsunoda spiċċa fil-ħmistax-il post. Is-sewwieq Ingliż ta’ Williams George Russell temm fis-sittax-il post segwit minn Mick Shumacher ta’ HAAS.

Nicolas Latifi u Nikita Mazepin temmew fit-tmintax-il post u d-dsatax-il post rispettivament filwaqt li Kimi Raikonnen ma temmx it-tellieqa.