Futbol Sport

Partitarji ta’ Man Utd jipprotestaw kontra l-Glazers f’Old Trafford qabel il-partita kontra Liverpool

Għadd ta’ partitarji ta’ Manchester United qed jipprotestaw quddiem il-Lowry Hotel, kontra t-tmexxija tal-familja Glazer, qabel il-partita kontra Liverpool.

It-tim ta’ Ole Gunner Solskjaer se jkun qed jilgħab f’Old Trafford kontra Liverpool fil-5.30pm, fejn mistennija jinġabru aktar minn 10,000 partitarju, sabiex juru d-disparovazzjoni tagħhom għal familja Glazer.

Dawn il-protesti jaslu wara protesta oħra organizzata aktar kmieni il-ġimgħa l-oħra fejn nħarqu wkoll xi bnadar tal-Istati Uniti kif ukoll bnadar ta’ Man Utd.

Sadanittant għadd ta’ partitarji daħlu f’Old Trafford u niżlu fil-grawnd jipprotestaw, fejn qalgħu l-bnadar, filwaqt li tefgħu f’riskju li ma tintlgħabx il-partita bejn Man Utd u Liverpool.