Fl-Ibrox Stadium Rangers komplew bid-dominanza tagħhom fil-Kampjoant Skoċċiż hekk kif għelbu lir-rivali Celtic 4-1 fid-derby ta’ Glasgow. Rangers fetħu l-iskor fis-26 minuta permezz ta’ KEMAR ROOFE, iżda Celtic ġabu d-draw erba’ minuti wara permezz ta’ ODSONNE EDOUARD. Minkejja dan Rangers irreaġixxew mill-ewwel u tliet minuti wara l-attakant Kolombjan ALFREDO MORELOS reġa’ tefa’ lit-tim immexxi minn Steven Gerrard fil-vantaġġ.
Fit-tieni taqsima Rangers komplew iżidu l-iskor, l-ewwel fis-57 minuta permezz ta’ KEMAR ROOFE, bl-attakant Ingliż veteran JERMAINE DEFOE jissiġilla l-partita fit-92 minuta bir-raba’ gowl għal Rangers. B’hekk Rangers, li huma diġa champions tal-Kampjonat Skoċċiż, għadhom mingħajr telfa fil-kampjonat, fejn qed jaspiraw li jagħmlu staġun sħiħ mingħajr telfa, hekk kif fadal biss żewġ partiti sa tmiem l-istaġun.
//= $special ?>