Lokali Parlament

220,000 ċitazzjoni f’14-il xahar

Bejn Jannar 2020 u Marzu 2021, ingħataw 220,000 ċitazzjoni, bl-akbar ammont jingħataw fit-traffiku.

Dan ikkonfermah fil-parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista David Thake li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Marzu 2021 għal parkeġġ ħażin, liċenzji mhux imħallsa jew mhux imwaħħla; ħmieġ fir-rigward ta’ ħmieġ tal-annimali u vetturi li jdaħħn.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li fil-perjodu msemmi ngħataw 184,507 ċitazzjoni għal parkeġġ ħażin, 35,602 ċitazzjoni għal liċenzja mhux mħallsa jew imwaħħla, 374 ċitazzjoni għall-ħmieġ tal-annimali u 244 ċitazzjoni għall-vetturi li jħammġu.