Internazzjonali

Aħbarijiet pożittivi mill-Italja u l-Ingilterra

Aħbarijiet pożittivi għall-Italja u r-Renju Unit illi qed ikomplu mexjin dejjem aktar lejn in-normalità wara d-daqqa tal-COVID-19.

Fl-Italja minn dan il-weekend komplew jitnaqqsu aktar restrizzjonijiet, filwaqt li fir-Renju Unit, mis-17 ta’ Mejju jiftħu l-pubs u r-ristoranti. Jiftħu wkoll il-lukandi u diversi attivitajiet li jsiru fuq ġewwa. Fl-Ingilterra, se jirritornaw ukoll is-supporters fl-istadiums – xi ħaġa mistennija ferm.

Fil-każ tal-Italja, ir-restrizzjonijiet komplew jitneħħew. Dan filwaqt li n-numri tal-Coronavirus komplew jonqsu. Mil-lum, reġgħu fethu l-iskejjel għall-aħħar xahar tal-iskola.