Sport Sport Ieħor

AIPS titlob li l-ġurnalist Amadou Djouldé Diallo jkun meħlus mill-arrest

Il-ġurnalist mir-Repubblika tal-Guinea li bħalissa jinsab arrestat

Hekk kif illum qed ikun imfakkar il-Jum Dinji dwar il-Libertà tal-Istampa, l-AIPS fi stqarrija talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-Viċi-President tal-AIPS Africa Amadou Djouldé Diallo wara li ilu xahrejn f’ħabs f’Conarky. Hu kien arrestat wara li kritika lill-President tar-Repubblika tal-Guinea Alpha Conde. Hu qed ikun akkużat li insulta lil Conde u anke b’malafama.

L-arrest tiegħu imur kontra l-kostituzzjoni tal-pajjiż hekk kif fl-aħħar snin, il-liġi dwar il-Libertà tal-Istampa tgħid li ġurnalist ma jistgħax ikun arrestat u mitfuh il-ħabs fuq reati b’rabta mal-ġurnaliżmu. Il-ġuri ta’ Amadou Djouldé Diallo li nżamm fit-13 ta’ April ikkonferma n-natura sempliċi tal-akkużi, bil-prosekutur jitlob li Diallo jkunu biss immultat. Jidher iżda li kawża ta’ strike mill-avukati u mis-segretarji tal-Qorti fil-Guinea, Amadou Djouldé Diallo nżamm arrestat.

AIPS bagħtet ittra lill-President tar-Repubblika tal-Guinea flimkien mal-NGO “Reportes Without Borders” fejn qed jitolbu għall-ħelsien mill-arrest ta’ Amadou Djouldé Diallo.