Lokali Qorti

Erba’ xhur ħabs fuq frodi fit-toroq

Irlandiża ta' 42 sena ġiet ikkundannata erba’ xhur ħabs wara li ammettiet akkużi ta' frodi. Alice Mary Regan u s-sieħeb tagħha Russell Bugeja għamlu total ta' mhux aktar minn €500 minn scam li kien jinvolvihom iwaqqfu lis-sewwieqa f’Buġibba u jitolbuhom flus għal trakk tal-irmonk biex ikunu jistgħu jiġu ttowjati.

Bugeja diġà kien ikkundannat erba' xhur ħabs, bil-Maġistrat Charmaine Galea tagħti l-istess sentenza lill-kompliċi tiegħu, Alice Mary Regan. Skont il-filmat, l-iskam kien ilu għaddej madwar xahar b'nies jikkummentaw li kienu raw l-istess nies f'postijiet oħra, inkluż il-park and ride tal-Marsa u l-Iklin. Oħrajn qalu li ġew iffrodati ukoll mir-raġel.

Ir-reati seħħew bejn Marzu u April li għadda bil-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Godwin Scerri.