Lokali

Id-diskors sħiħ tal-Kap tal-PN Bernard Grech se jintwera llejla waqt Net Live

Illum il-Partit Nazzjonalista ppreżenta 14-il qasam speċifiku li fuqhom se jibni l-politika tiegħu, politika ibbazata fuq 3 temi orizzontali, b’128 prijorita għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.

Preżentazzjoni ta’ dawn il-clusters kif ukoll id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jixxandru wara l-aħbarijiet tas-sitta waqt il-programm Net Live. Fl-istess diskussjoni se jieħdu sehem ukoll id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li huwa l-persuna resposabbli mill-bidla li qed issir sabiex jiġġeddu l-policies tal-PN, kif ukoll Martina Caruana President tar-Riċerka Politika.