Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ ma weġibx jekk hemmx persuna fl-Awtorità tax-Xandir b’abbiltajiet differenti. Dan meta l-Gvern huwa obbligat bil-ligi jaghmel hatra ta’ dan it-tip – mhux biss f’dan il-Bord, iżda anke f’bordijiet oħrajn.
Id-domanda lil Robert Abela saret eżatt fi tmiem laqgħa tal-Kabinett illi matulha hu stess ftaħar tant fuq l-opportunitajiet indaqs – meta fil-prattika, huwa l-Gvern innifsu li qed jikser din ir-retorika politika.
Kien fl-2015 meta għaddiet Liġi biex ikun hemm persuni b diżabbiltà fuq numru ta’ Awtoritajiet, inkluż fl-Awtorita tax-Xandir.
Wara 6 snin li għaddiet din il-liġi, din kienet ir-risposta ta’ Robert Abela, fejn bi skumdita wieġeb id-domanda ta’ Net News b’dan il-mod:
“L-Awtorità tax-Xandir, il-bord jirriżulta…. hu pubbliku, huwa dak li hu”
Evidenti l-fatt li l-Gvern Laburista mhux jimxi mal-liġi li kien għadda b’ħafna pompa huwa stess fl-2015, bil-Prim Ministru ma jwieġeb xejn f’dan ir-rigward u b’ħafna issa jistaqsu għaliex din l-liġi mhux qed tiġi rispettata biex jingħataw opportunitajiet indaqs lil persuni b’diżabbiltà.
//= $special ?>