Lokali Parlament

Il-gvern wera nuqqas ta’ fiduċja fl-għaqdiet volontarji

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li bil-proposti li jrid jimplimenta l-gvern , qed tintwera nquqas ta’ fiduċja kbira fl-għaqdiet volontarji.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li m’hawnx għarfien biżżejjed fis-soċjetà dwar l-impriżi soċjali u sostniet li hemm ukoll nuqqas ta’ rikonoxximent legali flimkien ma’ nuqqas ta’ prominenza fi ħdan dan is-settur. Problemi oħra huma nuqqas ta’ finanzjament, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-kwistjonijiet tas-saħħa mentali wkoll jridu jkunu kkunsidrati partikolarment wara l-COVID.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hawn bejn 32 u 36 ażjenda soċjali li huma skont il-kriterji tal-UE. Hi tkellmet fuq l-importanza tal-kooperattivi, li bdew fl-agrikoltura iżda żviluppaw f’diversi setturi oħra inkluż il-kura tat-tfal, l-iskart, it-trasport u l-kummerċ ġust.

Claudette Buttigieg sostniet li l-Knisja kellha rwol importanti fl-għaqdiet volontarji fosthom fid-djar tat-tfal, fl-iskejjel tal-Knisja u djar ta’ appoġġ lil nisa li jbatu minn vjolenza domestika. Hi semmiet il-kooperattiva li tieħu ħsieb il-ħasil tal-ħwejjeġ tal-ispatijiet.

L-intrapriżi soċjali huma fundamentali f’ħafna ekonomiji madwar id-dinja, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li hemm ukoll rabta qawwija mal-għaqdiet soċjali u volontarji. Fl-aħħar perjodu l-gvern ma mexiex tajjeb mal-NGOs fejn l-avviżi legali li ħareġ il-gvern wrew nuqqas ta’ fiduċja fl-operat tal-NGOS; li issa huma mweġġa’ ħafna.

Claudette Buttigieg sostniet li l-gvern mhux qed jikkonsulta ma’ għaqdiet volontarji ewlenin f’diversi setturi; dan hu nuqqas kbir.

Hi kkwotat rapport tal-Kunsill Malti għall-Volontarjat u appellat biex l-avviżi legali kontroversjali jkunu sospiżi. Il-Kunisll tal-Volontarjat jinkludi madwar 2000 għaqda li fihom hemm 5,000 persuna li huma impjegati f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex l-inċentivi fiskali ma jingħatawx biss lil min jagħti donazzjonijiet lill-Malta Community Chest Fund; din qed toħloq diżugwaljanza fis-settur tal-volontarjat. Inugwaljanza oħra qed isseħħ li mill-iskemi tal-passaporti qed jibbenefikaw biss numru magħżul ta’ għaqdiet volontarji. Hi semmiet il-Marigold Foundation u qalet li hemm mistoqsijiet kbar dwar il-finanzi fl-ammont ta’ €630,000 li ġejjin minn entitajiet tal-gvern marru għand l-NGO bla ma hemm rendikont ta’ kif intużaw.