Futbol Sport

Il-professur Giorgio Galanti jeħel sentenza ta’ ħabs sospiża, b’rabta mal-mewt ta’ Davide Astori

Il-Professur Giorgio Galanti weħel sena ħabs sospiża u €1.2 miljun b’rabta mal-mewt tal-eks captian ta’ Fiorentina Davide Astori li nstab mejjet fl-4 ta’ Marzu tal-2018 f’lukanda f’Udine. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Qorti ta’ Firenze.

Hu kien qed ikun akkużat b’omiċidju nvolontarju wara li kien ħareġ żewġ ċertifikati mediċi li kkonfermaw li Astori hu tajjeb biex jilgħab il-futbol, seba’ xhur qabel ma’ miet meta Galanti kien id-Direttur Mediku tal-Isports fl-Università ta’ Careggi.

Il-Prosekuturi saħqu li kellhom isiru testijiet aktar fid-dettal dwar saħħet Astori. L-avukat ta’ Galanti qal li se jkunu qed jappellaw mis-sentenza li ngħatatlu.

Davide Astori kien miet kawża ta’ kumplikazzjonijiet f’qalbu. Hu lagħab 91 partita ma’ Fiorentina fejn kien ukoll captain tat-tim kif ukoll lagħab 14-il darba għall-Italja.