Sport Sport Ieħor

Inkjesta indipendenti fl-Awstralja tikxef ‘kultura ta’ abbuż’ fil-ġinnastika

Inkjesta indipendenti fil-ġinnastika fl-Awstralja, tikxef kultura ta’ abbuż fiżiku, emozzjonali u sesswali fl-isport. Il-Kummissjoni tad-Drittijiet Umani fl-Awstralja sabet li atleti elite huma vittma ta’ bullying u tgħajjr.

L-Inkjesta qalet li ħafna mill-atleti li jitħarrġu fil-ġinnastika huma ta’ eta’ żgħira u ta’ sess femminili u din ħolqot każ ta’ żbilanċ fl-età bejn il-coaches u l-atleti. Il-Kummisjoni sabet li ħafna mill-atleti li ħafna minnhom huma femminili huma nvoluti f’ambjent fejn hemm ċans li jinħolqu sterjotipi soċjali u anke dwar is-sess tagħhom.

Din l-inkjesta nfetħet wara li bosta atleti tal-ġinnastika tkellmu dwar abbuż fiżiku u mentali li għaddew minnhom waqt programm ta’ taħriġ għall-atleti elite. Ħafna minn dawn l-atleti jidher li ddeċidew li jikxfu dan l-abbuż wara dokumentarju li ħareġ fuq Netflix bl-isem ta’ ‘Athelte A’ fejn żvela każ simili fl-Istati Uniti.

Fi stqarrija, Gymnastics Australia talbu apoloġija lill-atleti u lill-familjari tal-vittmi li sofrew xi tip ta’ abbuż waqt l-isport filwaqt li rringrazzjaw lil dawk l-atleti għall-kuraġġ tagħhom li għenu sabiex jinkixef dan l-abbuż.