Hekk kif ninsabu ftit aktar minn xahar ‘il bogħod mill-bidu tal-EURO 2020, aktar kmieni llum, it-tim nazzjonali Taljan ingħata l-ewwe doża tal-vaċċin kontra l-COVID19.
Dan sar wara diskussjoni bejn il-FIGC u l-Gvern Taljan, fejn kien deċiż li l-players li se jkunu fl-iskwadra Taljana għandhom jingħataw il-vaċċin. Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina qal li se jagħmlu minn kollox biex tkun assigurata s-saħħa tal-players u dawk li se jkunu fil-kontinġent Taljan għall-Kampjonati Ewropej.
//= $special ?>