Sport Sport Ieħor

Malta se tospita l-Kungress Ewropew tal-Badminton fl-2022

Badminton Malta kisbet id-dritt li tospita u torganizza l-Laqgħa Annwali tal-Kungress Ewropew tal-Badminton li se jsir fl-2022. Il-55 edizzjoni ta’ dan il-kungress se jara rappreżentanti tal-Assoċjazzjonijiet kollha tal-Badminton minn madwar l-Ewropa jiltaqgħu f’pajjiżna fejn se jkunu qed jiddiskutu l-istat attwali tal-Badminton fl-Ewropa.

Il-President ta’ Badminton Europe Peter Tarcala qal li Badminton Europe għażlet lil pajjiżna għax ħasset li pajjiżna hija l-aħjar għażla biex tospita dan il-kungress u qed jistenna livell għoli ta’ organizzazzjoni. Is-Segretarju Ġenerali ta’ Badminton Europe Brian Agerbak qal li huwa kuntent li Malta ntgħażlet biex tospita dan il-kungress għaliex hija biċċa xogħol importanti għal federazzjoni daqstant żgħira.

Owen Grech li huwa l-President ta’ Badminton Malta qal li din se tkun opportunità biex pajjiżna jilqgħa lid-delegati minn madwar l-Ewropa f’avveniment daqshekk importanti.