Sport Sport Ieħor

Mark Selby jirbaħ il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker għar-raba’ darba

Mark Selby rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu hekk kif fi Crucible Theatre f’Sheffield għeleb lil Shaun Murphy 18-15. Selby fetaħ vantapp komdu qabel is-sessjoni ta’ llejla fejn kien 14-11 fil-vantaġġ.

Breaks ta’ 66,68 u 120 għenuh biex jegħleb l-isfida ta’ Murphy u b’hekk jinsab tliet titli ‘l bogħod milli jiħaq ir-rekord ta’ Stephen Hendry dak ta’ seba’ titli fi Crucible.