Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:30am, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel Sirjan, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ġo residenza privata.
Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara.
//= $special ?>