Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’San Pawl il-Baħar

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-9:45hrs, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ikkummenta