Futbol Sport

Rebħa kruċjali għal Torino

(Ritratt: EPA)

Torino kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Parma. Rebħa minima għal Torino li mmaturat fit-tieni taqsima. Rebħa li tfisser ħafna għat-tim ta’ Davide Nicola li b’34 punt qed jaqsam il-15 il-post flimkien ma’ Spezia u fuq kollox pass importanti biex Torino jżommu posthom fis-Serie A. Telfa oħra għal Parma li jinsabu fil-post ta’qabel tal-aħħar destinati li staġun ieħor jilgħabu fis-serie B. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 0 – 0 minkejja li Torino kellhom aktar pussess , fit-63 minuta l-istess Torino marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Cristian Daniel Ansaldi kien MERGIM VOJVODA li għeleb lil Luigi Sepe. Gowl li kien biżżejjed għal Torino fit-taqtiegħa biex iżommu milli jkunu relegati.