Lokali

Taljan isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Illum, għall-ħabta tas-7:30am, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq is-Sur, Fgura.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel Taljan ta’ 25 sena li jgħix l-Fgura u karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 24 sena li tgħix Raħal Ġdid.

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.