Internazzjonali

VaxLive ser jixxandar is-Sibt li ġej

Għarfien biex kulħadd jitlaqqam

Waqt kunċert għall-karità f’Los Angeles li fih ħadu sehem numru ta’ ċelebritajiet, il-Prinċep Harry appella biex il-vaċċini tal-COVID-19 jiġu “mqassma lil kulħadd, f’kull parti tad-dinja b’mod ugwali.” Fil-messaġġ tiegħu, il-Prinċep faħħar il-ħidma tal-frontliners. Din kienet l-ewwel dehra pubblika tad-Duka ta’ Sussex mill-funeral tan-nannu tiegħu, il-Prinċep Philip.

Jennifer Lopez performs onstage during Global Citizen VAX LIVE: The Concert To Reunite The World at SoFi Stadium in Inglewood, California. Global Citizen VAX LIVE: The Concert To Reunite The World will be broadcast on May 8, 2021. (Photo by Kevin Winter/Getty Images for Global Citizen VAX LIVE)

L-avveniment bl-isem ta’ VaxLive, sar b’risq l-isforz internazzjonali tat-tilqim kontra l-Coronavirus. Avveniment immirat biex joħloq kuxjenza dwar l-importanza li kulħadd jieħu l-vaċċin. Dan il-kunċert, kien irrekordjat fl-aħħar sigħat u se jidher nhar is-Sibt. Fih ħadu sehem Jennifer Lopez, Foo Fighters, Ben Affleck, David Letterman, Jimmy Kimmel u Sean Penn u Brian Johnson ta’ AC/DC. VaxLive kien preżentat, mill-kantanta Selena Gomez, illi appellat biex pajjiżi foqra jirċievu aktar vaċċini.

Tkellem ukoll il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, fejn qal li qed “jaħdem ma’ mexxejja minn madwar id-dinja biex iqassmu aktar vaċċini u jagħtu spinta lill-produzzjoni”. Messaġġi oħra waslu mill-Papa Franġisku, il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau.

S’issa, diġa inġabru $53.8 miljun għall-Covax, li qed taħdem biex tiżgura li l-vaċċini jinqasmu b’mod ġust fost in-nazzjonijiet kollha, inklużi dawk foqra. Il-kunċert se jixxandar fuq YouTube, fit-8 ta’ Mejju kmieni wara nofsinhar.

Ikkummenta