Futbol Sport

West Ham jitligħu fil-ħames post b’rebħa fuq Burnley

(Ritratt: EPA)

West Ham barra minn darhom għelbu lil Burnley 2-1 biex b’hekk kisbu tliet punti importanti għal West Ham li telgħu fil-ħamest post fil-klassifika fejn filwaqt li qabżu lil Tottenham Hotspur , bi 58 punt jinsabu biss tlett punti taħt Chelsea.
Għal kuntrarju, Burnley baqgħu mhedda mir-relegazzjoni fejn jinsabu fis-16 il-post b’36 punt daqs Newcastle. Fid-19 il-minuta, foul ta’ Tomas Soucek fuq Chris Wood. Ir-referee Anthony Taylor saffar penalty bl-istess CHRIS WOOD jgħeleb lil Fabianski biex poġġa lil Burnley fil-vantaġġ.

Żewġ minuti wara West Ham għamlu l-iskor 1 – 1 . Minn pass ta’ Vladimir Coufal kien MICHAIL ANTONIO li għeleb lil Nick Pope. B’West Ham iżidu l-pressjoni, fid-19 minuta l-istess MICHAIL ANTONIO poġġa lil West Ham fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Said Benrahma għeleb mill-ġdid lil Pope. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

West Bromwich Albion u Wolves temmew fi draw ta’ 1-1. Biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom matul l-ewwel taqsima, fit-tieni minuta tal-ħin miżjud, Wolves marru fil-vantaġġ. Lob mill-isbaħ ta’ FABIO SILVA li għeleb lil Sam Johnstone għal 1 – 0 West Bromwich Albion fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva fejn fit-62 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Conor Townsend kien MBAYE DIAGNE li għeleb lil Rui Patricio bl-iskor jibqa’ 1 – 1 sa tmiem il-partita.