Lokali

Appell mill-Kummissarju tat-Tfal biex tinbidel il-liġi

Wara l-pressjoni li saret minn BirdLife Malta, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal esprima t-tħassib tiegħu għall-ġrajja riċenti żvelata mill-filmat meħud u mtella’ onlajn mill-istess BirdLife. Bil-Kummissarju tirreferi għal dan kollu bħala ksur ċar tal-liġi, li jippermetti li minuri ta’ ċerta età jużaw armi.

Irrispettivament minn jekk it-tifel muri fil-filmat huwiex kbir biżżejjed biex jitqies kriminalment responsabbli ta’ għemilu, il-Kummissarju Pauline Miceli tinsisti li dan l-għemil sar bil-barka u mingħajr superviżjoni adegwata min-naħa tal-adult li qed jakkumpanjah. Dan jagħmel it-tifel vittma tal-aġir tal-adult.

Għaldqastant, l-Uffiċċju qed isejjaħ lill-Parlament Malti biex jgħaddi emendi neċessarji sabiex jingħalaq dan il-vacuum perikoluż fil-leġislazzjoni tagħna.