Atletika Sport

Athletics Malta bi pjan li tesponi l-atleti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ livell għola

(Ritratt: Athletics Malta)

Waqt il-Lagħa Ġenerali Annwali ta’ Athletics Malta ingħatat ħarsa lejn l-isfidi u s-suċċessi li kisbet l-organizzajoni matul l-aħħar sena, filwaqt li ppreżentaw il-pjan tal-assoċjazjzoni għat-tnax-il xahar li ġejjin.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali kienet indirizaat mill-President ta’ Athletics Malta, Andy Grech, fejn ta’ rendikont tal-ħidma li wettqet l-organizzajoni fis-sena li ilu f’din il-kariga, fosthom t-tnehdija ta’ struttura ġdida għat-tim nazzjonali, għadd ta’ ftehimiet ma’ federazzjonijiet internazzjonali. Dan filwaqt li ta ħarsa lejn l-ambizzjonijiet tal-assoċjazzjoni għas-sena d-dieħla, fejn saħaq li l-għan ewlieni tal-assoċjazzjoni se jkun li l-atleti Maltin jkunu esposti għall-kompetizzjoni ta’ livelli għola barra l-pajjiż.

Waqt l-istess laqgħa Daniel Scicluna Calleja ta’ ħarsa dettaljata lejn l-iżvilupp li qed isir fil-Matthew Micallef St.John Stadium, filwaqt li Darren Micallef nħata bħala teżorier il-ġdid tal-assoċjazzjonijiet.

“Ninsabu kuntenti li Darren ingħaqad magħna. L-esperjenza tiegħu fil-qasam, flimkien mal-imħabba tiegħu għall-isport huma ideali għalina bħala assoċjazzjoni. Din il-ħatra se ssaħħaħ l-istruttura professjonali ta’ Athletics Malta hekk kif se nkomplu naħdmu fuq firxa ta’ proġetti importanti għas-snin li ġejjin” temm jgħid il-President tal-Assoċjazzjoni Andy Grech.