Internazzjonali

Bill u Melinda Gates iħabbru d-divorzju tagħhom

Bill Gates u martu Melinda ħabbru li se jkunu qed jiddivorzjaw wara 27 sena ta’ żwieġ.

Il-fundatur ta’ Microsoft li hu stmat li jiswa mal-$124 biljun kien iltaqa’ ma’ martu fl-1980 meta hi bdiet taħdem mal-kumpanija tiegħu.

Flimkien huma għandhom tlett itfal.

Il-koppja Gates hi magħrufa għax-xogħol ta’ karità u l-għajnuna finanzjarja sostanzjali li jagħtu, l-aktar biex issir riċerka fil-mard infettiv u biex jikber l-għarfien dwar it-tilqim għat-tfal.

Bill u Melida ħabbru d-deċiżjoni tagħhom permezz ta’ Tweet fejn qalu li wara ħafna ħsieb u wara li ħadmu fuq ir-relazzjoni tagħhom għal tul ta’ żmien, huma waslu għad-deċiżjoni li ma jistgħux jibqgħu ‘jikbru flimkien’.