Internazzjonali

Eks atleta Olimpiku akkużat li qatel lill-maħbuba tiegħu li kienet tqila

Felix Verdejo, boxer Puerto Rican li kien fost l-atleti li pparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 jinsab akkuażat li ħataf u qatel lill-maħbuba tiegħu li kienet ukoll tqila.

Verdejo jinsab akkużata li wara li attakka li Keishia Rodriguez, hu tefa’ l-ġisem bla ħajja tagħha minn fuq pont qrib San Juan, il-kapitali tal-gżira.

Ir-raġel ta ruħu b’idejh lill-Pulizija nhar il-Ħadd iżda rriffjuta li jikkopera mal-invesitgaturi.

Dan il-qtil qanqal protesti fil-pajjiż fejn il-femiċidju – jew il-qtil tan-nisa – huwa reat komuni, b’tal-anqas reat simili wieħed ikun irreġistrat ta’ kull ġimgħa. Filfatt fi Puerto Rico s-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 60 femiċidju li ġie rrappurtat.