Lokali Parlament

Il-gvern ma ppreżentax il-Pjan ta’ Irkupru u Reżiljenza lill-UE

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern ma ppreżentax il-Pjan ta’ Irkupru u Reżiljenza lill-UE biex Malta tikseb fondi biex tikrupa mis-sitwazzjoni ekonomika preżenti minħabba l-COVID.

Fl-Aġġornament tal-parlament llejla Kevin Cutajar qal li f’mument diffiċli kif inhu dan il-gvern kellu jħaffef ħafna iktar biex iressaq il-Fond ta’ Irkupru; din hi miżura strordinarja li ħadet l-UE biex il-pajjiżi jerġgħu jqumu fuq saqajhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-UE iffissat numru ta’ skadenzi f’pakkett ta’ €672.5 biljuni. Minn dawn Malta jmissha parti bl-ewwel skandenza għall-Pjan ta’ Irkupru u Reżiljenza tkun it-30 ta’ April 2021. Il-gvern Malti ma ppreżenta l-ebda pjan għall-UE kuntrarju għal dak li għamlu pajjiżi oħra fl-UE.

Il-gvern issa qed jgħid li se jippreżenta dan il-pjan. Hu qal li aktar ma l-gvern idum biex jippreżenta dan il-pjan, l-UE iktar idum biex ikun approvat, sostna Kevin Cutajar, li staqsa meta dan il-pjan se jitressaq quddiem il-parlament.