Futbol Sport

Il-kowċ Paulo Fonseca se jħalli lil Roma fl-aħħar tal-istaġun

Fi stqarrija uffiċjali it-tim ta’ Roma ħabbru li l-kowċ tagħhom Paulo Fonseca se jkun qed iħalli lill-klabb fl-aħħar tal-istaġun.

Iċ-chairman ta’ Roma Dan Friedkin, irringrazzja lil Fonseca għal ħidma siewja li wettaq matul l-aħħar sentejn, speċjalment matul iż-żmien diffiċli tal-pandemija, fil-kariga ta’ kowċ ma’ Roma. Friedkin kellu biss kliem ta’ tifħir għal Fonseca filwaqt li awguralu kull suċċess fil-futur.

Fonseca kien inaqgħad ma’ Roma fl-2019, wara esperjenza fl-Ukrajna ma’ Shaktar Donetsk, fejn magħhom kien rebaħ id-double tal-kampjonat u t-Tazza Domestika Ukrena, għat-tliet staġuni li għamel magħhom.

Bħalissa Roma jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika tas-Serie A b’55 punt, disa’ punti wara r-rivali Lazio, fejn fl-aħħar partita tagħhom ħarġu telliefa konta Sampdoria bl-iskor ta’ 2-0.