Sport Sport Ieħor

Il-Kulleġġ San Alwiġi u Vassallo Group bi pjan ta’ investiment għall-isport f’pajjiżna

Il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi flimkien ma’ Vassallo Group ħabbru pjan ta’ investiment li se jkun qed jinkludi kulleġġ sportiv fil-kumpless ta’ San Alwiġi f’Brikirkara.

Il-kulleġġ sportiv, bl-isem tal-‘Mediterranean College of Sport’ (MCS) se jkun qed jipprovdi diversi faċilitajiet sportivi fejn iż-żgħażagħ Maltin sportivi jkunu jistgħu jimirħu u jikbru fil-ħiliet tagħhom. Fost il-faċilitajiet se jkunu inklużi se jkun hemm ;ground ġdid tal-futbol, swimming pool, diversi gyms, kif ukoll ċentru iffukat speċifikament fuq ix-xjenza fl-isport.

Studenti li jattendu kemm il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi kif ukoll studenti prospettivi fil-Mediterranean College of Sport se jknunu qegħdin igawdu minn dan il-proġett, fejn wara l-ħin tal-iskola, se jkun utilizzat ukoll minn diversi organizzazzjonijiet sportivi f’pajjiżna.

Fr.Jimmy Bartolo ir-Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi saħaq li jinsab kburi bil-viżjoni u l-missjoni tal-Kulleġġ, fejn bis-saħħa ta’ dan il-proġett, l-istudenti u ż-żgħażagħ se jkunu qegħdin igawdu minn proġett sportiv, li se jikkontribwixxi għal-iżvilupp olisitku u edukattiv tagħhom.

Min-naħa l-oħra ic-chairman ta’ Vassallo Group kif ukoll ta’ Learning Works, irrimarka li huma kburin li jistgħu jikkontribwixxu lis-soċjeta’ bi proġett bħal dan, filwaqt li fakkar fl-importanza li l-isport u l-edukazzjoni għandhom fis-soċjeta’ tagħhna.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport l-Onorevoli Clyde Puli laqa’ dan il-pjan ta’ investiment sportiv f’pajjiżna filwaqt li fakkar fil-ħidma li għamel Gvern Nazzjonalista għall-isport, bl-introduzzjoni tal-Iskola Nazzjonali Sport fl-2012.

Iċ-Chairman ta’ Tim Sport Partit Nazzjonalista Christian Micallef wera wkoll s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-investiment mill-privat fl-isport f’pajjiżna, fejn rrimarka li Gvern Nazzjonalista immexxi minn Bernard Grech se jkun qed jinvesti u jsaħħaħ l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u jagħti l-appoġġ lil privat f’investimenti sportivi għal pajjiżna.