Lokali Qorti

Il-Qorti tal-Appell tirrevoka kundanna ta’ sewwieq li kkaġuna l-mewt ta’ missier

Il-Qorti tal-Appell Kriminali qalbet kundanna involontarja ta’ omiċidju mogħtija lil żagħżugħ li tajjar u qatel  raġel quddiem it-tifla tiegħu fl-2016. Jonathan Hili kien instab ħati li b’negliġenza kkawża l-mewt ta’ Andre Debattista f’ inċident orribbli tat-traffiku. Il-vittma kienet qed jaqsam it-triq flimkien ma’ bintu ta’ 10 snin.

L-inċident seħħ fil-Mellieħa fid-9 ta’ Lulju 2016 meta Jonathan Hili, li llum għandu 27 sena kien laqat lil Andre Debattista ta’ 40 sena bit-Toyota Passo tiegħu hekk kif il-vittma kien miexi fi triq il-Marfa, il-Mellieħa, ħdejn il-Bajja tal-Għadira. Debattista, missier ta’ żewġ t’ibniet, miet fuq il-post. Ftit wara l-inċident bintu  kellha tiġi ttrattata għal xokk.

Il-mara ta’ tal-vittma qalet li l-familja flimkien mal-kuġini ta’ żewġha kienu marru Camping mill-Ġimgħa filgħaxija u l-għada filgħodu kif qamu t-tifla li kienet ma’ missierha riedet tmur it-tiolet peress li l-latrina kienet magħluqa u żewġha ħa lit-tifla n-naħa l-oħra tat-triq. Dan kien għall-ħabta tas-6.30am.

Qalet li wara ftit semgħet ħoss qawwi ħafna u wara ftit sekondi semgħet lit-tifla tgħajjat Daddy, Daddy. Fil-bidu ħasbet li kien ġara xi ħaġa lit-tifla. Wara semgħet ħoss ieħor, bħal ħabta ta’ karozza. Il-kuġin ta’ żewġha qalilha li żgur kien ġara xi ħaġa u mar jiġri.

Sadanittant raġel li jismu Victor kien ġabilha t-tifla u ħallihiex tmur fejn l-inċident, u fil-fatt hi ma rat xejn. Hija qalet li ndunat li kien ġara xi ħaġa, għax kulħadd beda jevitha u ħadd ma taha risposta. Qalet ukoll li żewġha kien jaf l-inħawi sew għax kien iqatta s-sjuf kollha hemm man-nanna iegħu meta kien żgħir għax kellhom caravan.

It-tifla qalet fil-Qorti li kienet miexja ma’ missierha fejn kienu sejrin lura fil-kamp li kien in-naħa l-oħra tat-triq u kien qed iżommilha jdejha u li fuq in-naħa tagħha kien hemm il-ħaxix, meta f’daqqa waħda għaddiet karozza ‘gass down’ eżatt magħha u ma ratx lil missierha aktar ħdejha u ppanikjat. Qalet li missierha kien miexi fuq in-naħa ta’ barra tat-triq.

Il-qorti tal-maġistrati kienet tat lil Hili sentenza ta’ 12-il xahar, sospiża għal tliet snin, flimkien ma’ sospensjoni tas-sewqan fl-2020. Hili kien appella l-kundanna u s-sentenza sospiża li rċieva, billi argumenta li kien hemm bidla fil-maġistrat li kien qed jippresiedi u dan ifisser li l-maġistrat li ddeċieda l-każ meta bilkemm sema’ l-evidenza. Barra minn hekk, sostnew l-avukati Jason Azzopardi u Franco Debono, is-sentenza kienet waħda sfavorevoli meta mqabbla ma ‘ dik mogħtija għal reati oħra, aktar serji. Ir-raġel kien sofra PTSD (disordni psikjatrika)  u flashbacks wara l-inċident, żiedu l-avukati.

Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluż in-negliġenza kontributorja tal-vittma u l-awtoritajiet li ma kinux żammew it-triq tajba kif suppost, il-ħsara psikoloġika kbira li sofriet Hili u fatturi oħra, kien hemm argument biex titnaqqas il-piena.

l-qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, innutat li l-post fejn seħħ l-inċident kien tant perikoluż li l-pulizija li qed tinvestiga l-każ kienu qalu li kienu qed jistennew li nċident kien se jseħħ. Fil-fatt jumejn wara l-inċident ġew installati dwal  ħdejn iż-zebra crossing.

Skond espert tal-qorti, il-karozza kienet qed tinstaq bejn 57 u 65km fis-siegħa. Il-qorti eżaminat l-evidenza fid-dettall u kkonkludiet li l-vittma ma kinitx jidher sew u ma mexiex minn ġewwa l-linji bojod fil-ġenb tat-triq il-ħin kollu, minħabba siġar fuq il-bankina.

L-akkuża ta’ sewqan bi traskuraġni kienet teħtieġ li s-sewqan ikun “deliberatament li wieħed jieħu riskji fis-sewqan li wieħed m’għandux jieħu minħabba l-probabbiltà ta’ ħsara lil partijiet terzi, kif ukoll fejn wieħed ikun indifferenti għar-riskji” qalet il-qorti. “Ċertament il-prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova li s-sewqan tal-appellant laħaq il-livell ta ‘imprudenza,” qalet il-qorti.

Filwaqt li saber is-sentenza tal-ewwel qorti bħala waħda “mhux sigura u sodisfaċenti” l-imħallef irrevoka tl-kundanna u ddikjarat lil Hili innoċenti tal-akkużi kollha. Hija ordnat wkoll li kopja tas-sentenza tiġi nnotifikata lill-ministru tat-trasport biex jiġu evitati traġedji simili. L-avukati Franco Debono u Jason Azzopardi kienu l-avukati difensuri.