Lokali

ILLEJLA fil-programm NETLIVE – intervista mal-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech illejla se jkun il-mistieden speċjali waqt il-programm NETLIVE fuq Net Television. Dan wara li lbieraħ ġew preżentati l-14-il Cluster ta’ Politika li se jkunu qed jibnu l-viżjoni li twassalna lejn is-sena 2030… viżjoni ta’ pajjiż moern li jħaddan l-innovazzjoni, jaspira l-ogħla kwalità tal-ħajja u jkattar il-ġid mingħajr ma jippreġudika l-ambjent naturali.

Dan huwa pjan ta’ politika aġġornta għall-PN, mibni fuq it-tisħiħ tal-ġid komuni u l-opportunità li kull persuna tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha.

Fil-preżentazzjoni tal-bieraħ, Bernard Grech qal li dan huwa mod ġdid ta’ kif issir il-politika… mhux wara l-bibien magħluqa iżda bl-inklużjoni ta’ kull persuna li għandha għal qalbha l-ġid komuni anke dawk barra l-istrutturi tal-Partit. Huwa qal li dan huwa dak li jagħmel Partit politiku modern… ma jibżax mill-ideat u ma jiddejjaqx jiftaħ il-politika tiegħu biex jilqa’ dejjem aktar nies fi ħadnu.

Il-Kap tal-PN se jkun intervistat fuq Net TV għall-ħabta tas-7pm. L-intervista tixxandar ukoll fuq il-pjattaformi tal-media soċjali.