Internazzjonali

“Ir-Russja teħtieġ tbiddel l-attitudni tagħha”

Ritratt: Reuters

Għall-ewwel darba f’sentejn kawża tal-pandemija, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 iltqagħu f’Londra biex jiddiskutu t-tibdil fil-klima u t-theddida fuq id-drittijiet tal-bniedem.

Is-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit, Dominic Raab, li qed jospita l-laqgħa mal-Ministri tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Istati Uniti, mexxa d-diskussjonijiet fuq il-kriżi fil-Myamar, fil-Libja u l-gwerra fis-Sirja kif ukoll ir-relazzjonijiet mar-Russja, iċ-Ċina u l-Iran.

F’konferenza tal-aħbarijiet mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken, Raab saħaq li l-attitudni tar-Russja teħtieġ tinbidel sabiex issaħħaħ ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit …..filwaqt li appella għall-kooperazzjoni akbar fost il-membri tal-G7 kif ukoll l-istati mistiedna għal-laqgħa, ċioè l-Awstralja, l-Indja, il-Korea t’Isfel u l-Afrika t’Isfel.