Lokali

Jibqgħu jfarfru mir-responsabbiltà rigward id-deal li kkundanna l-NAO

Il-Membri tal-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela qed jibqghu ifarfru mir-responsabbilta, b’rabta mad-Direct Order ta’ aktar minn 270 miljun ewro ghal binja fir-Residenza San Vinċenz De Paule.

Dan hekk kif tul il-jum tat-Tlieta Net News staqsa lil żewġ ministri tal-Gvern Laburista rigward dan il-ftehim li ġie ikkundannat fl-aħħar jiem mill-Awditur Ġenerali, fejn ingħad li kien hemm ksur ċar tal-liġi bil-Gvern jiffirma sabiex iħallas madwar €120 għal kull sodda….ħlas kważi d-doppju ta’ dak li jħallas fi djar residenzjali privati.

Mistoqsija minn Net News jekk qratx ir-rapport tal-NAO, il-Ministru Julia Farrugia Portelli farfret fuq il-Prim Ministru.

Dan filwaqt li meta kienet mistoqsija jekk ratx dan id-deal qabel, hija wiegbet b’mod li l-Ministru riedet tipprova tnessi li l-kuntratt inghata fl-14 ta’ Novembru, tal-2017…. meta Julia Farrugia Portelli kienet ilha madwar 5 xhur fil-politika, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-Ċittadinanza fil-Kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Net News staqsa wkoll lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela dwar dan il-kuntratt skandaluz li gie imcanfar mill-Awditur Ġenerali.

Fl-aħħar, jiem Robert Abela indika li il-kuntratt kellu jittella għall-approvazzjoni tal-Kabinett – kabinett li tiegħu huwa nnifsu kien konsulent legali, filwaqt li insista li kien għadu jrid janalizza l-konklużjonijiet iebsin li ħarġu mir-rapport tal-NAO.